Lingwi differenti li nsibu
fil-Mediterran
Mal-medda taż-żmien, il-Mediterran,
imżewwaq b’ħafna pajjiżi żgħar u kbar, ħoloq għalih waħdu storja li tibqa’
mfakkra għal bosta snin: storja li permezz tagħha ingħata lewn ġdid lill-ilsna
Mediterranji, kif ukoll kellha influwenza kbira f’kontinenti oħra lil hinn
mill-Ewropa.
Fost l-aktar lingwi importanti li
nsibu fil-Mediterran niltaqgħu ma’ l-Ispanjol, lingwa Romanza u li jekk
tismagħha tinduna li tixbah ħafna lit-Taljan.
Din il-lingwa nfirxet lil hinn mill-Mediterran u daħlet f’pajjiżi oħra
akbar minn Spanja. Dan l-ilsien infirex
l-aktar fil-kontinent ta’ l-Amerka n-naħa t’isfel imsejħa l-Amerka Latina, fejn
l-Ispanjoli kellhom il-ħakmiet ta’ dawn il-pajjiżi f’idejhom. Ilsien ieħor li jixbah l-Ispanjol huwa
l-Portuġiż li ħalla influwenza kbira fl-aktar pajjiż tal-Amerka t’Isfel:
il-Brażil, li għal bosta snin kien f’idejn il-Portugiżi.
Ilsien ieħor importanti
fil-Mediterran huwa t-Taljan li ħalla effett kbir l-aktar fuq il-Malti. Kliem mill-Isqalli u mit-Taljan beda dieħel
ħelu ħelu u ħoloq strutturi sodi fil-Malti.
Dan ġara minħabba l-fatt li aħna qattajna ħafna żmien f’kultura Taljana,
anki fl-iskejjel tagħna, kif ukoll għamilna żmien twil nużaw din il-lingwa f’postijiet
ta’ importanza bħal Qorti.
Żewġ lingwi importanti huma
l-Franċiż u l-Grieg. Tal-ewwel ħalla
influwenza kbira fl-Ewropa, tant li jitqies bħala lingwa importanti daqs
l-Ingliż għall-komunikazzjoni.
It-tieni lsien huwa wieħed
mill-eqdem li nsibu. Qabel ma l-Ingliż
ħa l-popolarità tiegħu, il-Grieg kien mitkellem minn nies ta’ ċertu skola. Il-grammatika tiegħu, madankollu, mhijiex
daqstant qadima għax inkitbet 100 sena ilu u ħafna minn dak li nkiteb ġie
bbażat fuq il-grammatika tal-lingwista Dionysius Thraxe.
Ilsienna, għalkemm mitħaddet biss
fil-gżejjer tagħna, huwa fost l-eqdem ilsna Mediterranji, għaliex fih diversi
elementi li mhux kollha huma l-istess.
Insibu kliem li, kif diġà għedna, ħadnieh mill-Isqalli u mit-Taljan u
dan jista’ jkollu madwar 800 sena. Hekk
insibu kliem bħal:
bata
duluri
purċissjoni
Kif se naraw aktar ‘il quddiem,
kliem ieħor inwiret mill-Għarbi kif ukoll mill-Ingliż li qed ikollu influwenzi
qawwija ħafna fuq l-ilsna Mediterranji.
Għalhekk nistgħu ngħidu li għalkemm
Malta tinsab fiċ-Ċentru tal-Mediterran, f’pożizzjoni li ħafna mill-pajjiżi
l-kbar jgħiru għaliha, madankollu ma kinux il-lingwi Ewropej biss li għenu
lill-Malti jiżviluppa kif nafuh illum, imma kien hemm kontinent ieħor, l-Afrika
ta’ Fuq, li ta dehra kompletament differenti lill-ilsienna.
L-element Semitiku fil-Malti
L-Għarab ġew Malta fis-sena 870, u
damu fostna għal aktar minn mitejn sena.
Għalhekk, il-Maltin, mingħajr ma ntebħu, bdew idaħħlu vokabularju ieħor
meħud minn din il-lingwa. Il-Malti kif
nafuh illum huwa magħmul minn taħlita ġmielha ta’ Għarbi, li minn nfisha hija
waħda sabiħa u tagħmel l-ilsien Malti għani fil-vokabularju. Dan ma jfissirx li nistgħu ngħidu li l-Malti
huwa lsien Għarbi, għax kif nafu l-Malti għaqqad miegħu kliem li ġej mit-Taljan
u mill-Ingliż. Minħabba dan il-għan,
il-Malti jissejjaħ ilsien imħallat.
Nistgħu nibdew biex ngħidu li kliem
li ġej mill-Għarbi x’aktarx jesprimi oġġetti jew ideat li għandhom x’jaqsmu
mal-ħajja sempliċi ta’ kuljum:
deheb
ħabel
ħobż
ħġieġ
ktieb
serriq
sinna
żarbun
Il-bażi ta’ lsienna hija kollha kemm
hi Semitika u għalhekk isibu li l-maġġoranza kbira ta’ gruppi differenti
t’affarijiet huma ġejjin mill-Għarbi:
xi minerali u metalli: ħadid, żejt, fidda
xi bhejjem, ħut u frott: ħanżir, għarusa,
ħawħ
xi rettili u nsetti: serp, dubbiena, ħanfusa
xi partijiet tal-ġisem: għajnejn, ġenbejn,
idejn
il-ħin u l-istaġuni: il-ħamsa, is-sitta,
il-ħarifa
in-numri: wieħed, tnejn, tlieta…
l-ilwien: aħmar, aħdar, iswed…
Bħal fl-Għarbi, il-verbi huma
l-biċċa l-kbira trilitteri, u bħal fl-Għarbi wkoll, wieħed jista’ jinduna
x’verb ikun anki mill-għerq:
k-t-b à kiteb
s-r-q à seraq
t-l-q
à telaq
w-r-j à wera
t-j-r
à tar
L-Għarbi tant kellu influwenza
qawwija li fil-Malti rnexxielu jdawwar verbi ta’ nisel Rumanz u Ingliz f’sura
Semitika:
Għarbi: kataba naktib nikteb
Taljan:
educare Io educo neduka
Ingliż: to park I
park nipparkja
M’hemmx dubju li l-Għarab tawna
sisien Semitiċi soda f’ilsienna. Wara li
telqu minn Malti, il-Malti baqa’ fuq għeruq Semitiċi, allavolja bdew deħlin
influwenzi ta’ ilsna Ewropej.
L-element Romanz fil-Malti
Irridu ngħidu li għalkemm il-bażi
tal-Malti hija Semitika, madanakollu xorta ma nistgħux ninsew li l-Malti għandu
numru kbir ta’ vokabularju ġej mit-Taljan.
Mal-miġja tan-Normanni f’Malti, il-folja bdiet tinqaleb. Għalkemm il-Malti ta’ dak iż-żmien żamm
lin-Normanni bogħod milli jikkomunikaw, dawn xorta għamlu li setgħu biex
inibbtu fost il-poplu kliem Romanz fl-ilsien Malti kif kien mitħaddet dak
iż-żmien.
Imma l-akbar influwenza li r-Romanz
kellu fuq il-Malti, kienet mal-miġja tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Dan minħabba li l-kavallieri li kienet
tħaddan l-Ordni kienu ġejjin minn pajjiżi Ewropej. Fis-16-il seklu, kellna wkoll influwenza
qawwija tal-Isqalli u t-Taljan mill-kleru Sqalli stess, nutara kif ukoll avukati.
Bil-mod il-mod, speċjalment fil-Belt
Valletta, il-poplu beda jdaħħal kliem Romanz li Vassalli, għall-bidu, sejjaħlu
“Malti korrott”. Imma llum ma naħsbuhiex
hekk. Il-Malti kompla ssebbaħ għax kien
kapaċi jżewwaq żewġ kultri ta’ ilsna differenti: id-dinja Għarbija ma’ dik
Taljana.
L-istorja tkompli tikber meta
fl-1880 insibu ġlieda ħarxa bejn żewġ partiti Malti: il-partit Antiriformista
kien favur it-tisħiħ tat-Taljan fil-kultura Maltija, filwaqt li l-partit
Riformista kien favur id-dħul tal-Ingliż u l-Malti fl-edukazzjoni. Din il-ġlieda baqgħet sejra sal-1934.
Illum li qegħdin distanza ’l bogħod
minn dan iż-żmien, naraw kemm l-istorja tinfluwenza l-ilsien tal-poplu. Mir-Romanz ħadna kliem żviluppat u aktar
avvanzat minn dak Semitiku:
Semitiku
|
Romanz
|
għorfa
|
kamra
|
qorq
|
sandli
|
fiergħa
|
vojta
|
ħatem
|
ċurkett
|
rieda
|
volontà
|
Fil-Malti daħħalna wkoll tipi
differenti ta’ snajja’ mit-Taljan:
induratur
librar
dentist
furnar
barbier
skarpan
Daħħalna wkoll verbi bħal:
nappoġġja
inparla
nikkopera
Ir-reliġjon ukoll tatna spinta
qawwija għall-kliem Romanz fil-Malti, u għalhekk insibu xi kliem assoċjat
mat-twemmin tagħna:
liturġija
tabernaklu
altar
rużarju
L-element Ingliż fil-Malti
Fl-1800, wara t-tluq tal-Franċiżi
minn Malta, ġie poplu ieħor aktar qawwi minn ta’ qablu biex jaħkem lil
gżiritna: l-Ingliżi. Meta l-Ingliżi ġew
Malta riedu li jdaħħlu l-Ingliż fil-gżejjer tagħna, li kien diġà qed juri
progress madwar id-dinja. Għalhekk taħt
il-mexxej Malti, Sigimondo Savona, li kien fil-partit Riformista, daħħlu
l-Malti fl-iskejjel tal-Gvern bil-ħsieb li jdaħħlu l-Ingliż miegħu.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija,
il-popli tal-Ewropa reġgħu bdew jingħaqdu u għalhekk l-Ingliż beda jieħu xejra
Internazzjonali.
F’Malta, l-Ingliż mexa ħafna u kellu
l-influwenza tiegħu fuq il-Malti. Wara
l-1934, meta l-Malti sar uffiċjalmenti l-ilsien nazzjonali tagħna, l-Ingliż
daħal bħala l-ilsien uffiċjali ta’ pajjiżna.
Beda jintuża fl-amministrazzjonijiet kollha: fl-iskejjel,
fid-dipartimenti u l-uffiċini tal-Gvern.
Bejn il-binja tal-malti u dik
tal-Ingliż, nistgħu ngħidu li m’hemm xejn komuni. Iżda xorta waħda rnexxielna nfasslu kliem
Ingliż biex dan joqgħod eżatt fil-vokabularju tagħna. Hekk insibu:
Malti
|
Ingliż
|
kitla
|
kettle
|
kejk
|
cake
|
kompjuter
|
computer
|
futbol
|
football
|
kowċ
|
coach
|
tim
|
team
|
Ninnutaw
ukoll li ċertu kliem li ġej mill-Ingliż ħa l-plural Malti:
Singular
|
Plural
|
krejn
|
krejnijiet
|
sett
|
settijiet
|
tank
|
tankijiet
|
ċans
|
ċansijiet
|
Għandna wkoll xi verbi:
nissetilja
nipparkja
naffaċja
Irridu ngħidu li l-Ingliż ma daħalx
biss f’Malta u f’pajjiżi maħkuma minn din il-kolonja, imma wkoll f’pajjiżi fejn
qatt qabel ma kienu tgħallmu din il-lingwa.
Bdew jinħolqu għaqdiet internazzjonali bħal Commonwealth, il-Ġnus Magħquda, il-UNESCO, il-UNICEF u
oħrajn. Minħabba f’hekk, kien hemm bżonn
ta’ lingwa komuni għal nies ta’ ilsna differenti.
F’Malta għandna għax inħossuna
xxurtjati li konna minn tal-ewwel li ksibna dan l-ilsien. Illum dan iservina biex permezz tiegħu
nikkomunikaw ma’ popli oħrajn li jiġu f’pajjiżna jew li aħna mmorru f’tagħhom.
Lingwa li qiegħda tinbidel
It-tfassil ta' alfabett wieħed
għall-Maltin kollha ħa madwar mitejn sena sakemm żviluppa bejn l-1750 u
l-1956. Mill-kotba u ġurnali stampati
nafu li l-Malti qatt ma nkiteb b'alfabett Għarbi, imma b'alfabett Latin, ħlief
xi tikek, aċċenti u xi sing, illi xi wħud minnhom għadna nużawhom sal-lum.
Ftit snin ilu, il-Professur
Wettinger, flimkien ma' Patri Fsadni O.P., sabu kitba bil-Malti magħrufa bħala
l-Kantilena. B'hekk dawn iż-żewġ persuni
fetħulna t-triq ta' kif naħsbu li kienet il-lingwa Maltija sa mill-ewwel
oriġini tagħha.
Iżda minn dak iż-żmien 'l hawn,
il-Malti nbidel mhux ħażin. Fejn qabel
konna nsibu ħafna kliem Semitiku, issa ninnutaw li dan naqas u minfloku daħal
kliem Rumanz u Ingliż. Naturalment,
fil-bliet kien aktar faċli għall-ilsien Malti li jieħu sura oħra. Fl-irħula, il-Malti baqa' x'aktarx Semitiku,
marbut ma' ħajja sempliċi u agrikola.
Fi żmien il-Kavallieri, li bnew
il-Belt Valletta fl-1566 bl-għajnuna tal-Maltin, insibu li ħafna nies bdew
iħallu l-irħula tagħhom u jmorru joqogħdu fil-bliet. Dawn bdew jindunaw bil-bidla tal-Malti
fil-bliet u, bil-mod il-mod huma wkoll irnexxielhom jilħqu dan l-istandard.
L-ewwel grammatika serja tal-Malti
kitibha Vassalli, l-ewwel bil-Latin, imbagħad bit-Taljan. It-tieni grammatika kitibha l-Kanonku
Panzavecchia u wara li nkitbet dik ta' Sutcliffe, inħarġet oħra aktar serja ta'
Ninu Cremona b'edizzjoni qasira għat-tfal.
L-aktar djaletti u vokabularju qodma
baqgħu jinżammu mill-ġenerazzjoni adulta.
Sa ftit żmien ilu, konna nsibu ħafna anzjani li jużaw ħafna vokabularju
Semitiku, imżewwaq b'xi qawl jew idjoma.
Ħafna minn dawn il-qwiel u idjomi qegħdin jinqatgħu mill-ġenerazzjoni
żagħżugħa u qed jibqgħu biss memorja fil-kotba tagħna.
Tassew li l-Malti, bħall-ilsna
l-oħra, għandu qawwa interna li żammitu ħaj għal mijiet ta' snin, meta ħadd ma
kien ħa ħsiebu. L-istorja twila ta' din
iċ-ċiviltà sawret il-Malti kif nitkellmuh illum.
Il-Bilingwiżmu
X’inhu l-Bilingwiżmu?
Kull bniedem li jitwieled normali
għandi l-ħila li jitgħallem il-lingwa materna tiegħu b’mod naturali. Meta mbagħad jibda jmur l-iskola, jibda
jitgħallem aktar il-lingwa ta’ pajjiżu, u forsi xi lingwi oħra wkoll (fil-każ
tal-Maltin, jibdew jitgħallmu l-Ingliż).
Meta wieħed jitgħallem żewġ ilsna flimkien, ngħidu li hemm il-Bilingwiżmu.
Illum il-ġurnata mn’alla li għandna
l-Ingliż ukoll għax kieku kellna l-Malti biss konna nkunu maqtugħin mill-bqija
tad-dinja. Illum kulħadd jitgħallem
l-Ingliż, li sar it-tieni lingwa tagħna, u permezz tiegħu nistgħu nikkomunikaw
mal-bqija tad-dinja.
Ty for your help
ReplyDeleteVera thank you Ms ;) LOL
DeleteOj oj oj!!! Ma rridx nara kelma b'kelma eeee! :) :)
DeleteOk ok :D
DeleteThis comment has been removed by the author.
DeleteGrazzi hafna miss!!!
ReplyDeleteGrazzi Ms
ReplyDeletectlr + c ----> ctrl + v <3
ReplyDeleteNiccajta imma grazzi Ms
This comment has been removed by the author.
ReplyDeletetx hafna
ReplyDeleteGrazzi
ReplyDeleteM'hemmx imniex :)
ReplyDeleteGrazzi hafna :)
ReplyDeleteGrazzi ħafna għżal din l-informazzjoni li għenitni inlesti progett tieghi
ReplyDeletetal-ilsien imhallat.
btw jien mhux fl-istess klassi taghkon. Jien currently qieghed form 2
Delete