31/01/2013

Kif nikteb...Ittra Informali


Niktbu ittra informali meta nkunu ser niktbu lil xi persuna b'kariga li jkollna l-kunfidenza magħha jew miegħu. Ngħidu aħna l-ħbieb jew xi ħadd minn tal-familja tagħna.

  • Ittra informali jrid ikun fiha biss l-indirizz tiegħek.
  • Ikteb id-data taħt l-indirizz.
  • Uża dejjem il-kelma Għażiż jew Għażiża.
  • Xħin tiġi biex tagħlaq l-ittra, uża frażijiet bħal Dejjem tiegħek, il-Ħabib/a tiegħek jew tista' wkoll tħallihom barra.
  • Taħt nett ikteb ismek.
Ara l-eżempju:

********** **********

60, Triq ix-Xatt
Ħal Muxi
ĦMX 6060

31 ta' Jannar 2013


Għażiż Clayton,

Qed niktiblek biex nirrakkuntalek x'biċċa ġratli llum!  Xi nies ġew u żebgħu xi kaxxa safra quddiem il-garaxx tiegħi. Mhux talli hekk, talli ġol-kaxxa kitbu 'Parkeġġ riservat għall-vettura VVI 551'.

Illum ktibt lid-direttur tat-Trasport Malta biex jinvestiga u jieħu ħsieb dan il-każ.  Ma rridx nispiċċa nitlob il-permess lil ħaddieħor biex iċaqlaq il-karozza tiegħu minn quddiem il-garaxx tiegħi stess.

Clayton, nittama li ma ndumx ma nerġa' niktiblek u ngħarrfek dwar dak kollu li ġara.

Il-ħabiba tiegħek,

Phyllisienne

1 comment:

  1. Grazzi! Enitni hafna din biex nikteb l-ittra tieghi. :)

    ReplyDelete