- Ittra formali jrid ikun fiha żewġ indirizzi: wieħed tiegħek u l-ieħor ta' min se tikteb l-ittra.
- Ikteb id-data taħt it-tieni indirizz.
- Meta tindirizza lil min se tikteb, trid tagħmlu b'mod formali, eżempju Sur Sindku, Sur Direttur, Għażiża Sinjura Borg, Sinjur Mallia, Onorevoli Ministru, L-Eċċelleza tiegħu.
- Xħin tiġi biex tagħlaq l-ittra, uża frażijiet bħal Dejjem tiegħek, Għoddni tiegħek, Tislijiet.
- Taħt dawn, iffirma u ikteb ismek sħiħ.
Ara l-eżempju:
********** **********
60, Triq ix-XattĦal Muxi
ĦMX 6060
Trasport Malta
Triq Vincenzu Dimech
Il-Furjana
FRJ 5805
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2013
Sur Direttur,
Qiegħda niktiblek din l-ittra biex ninfurmak dwar il-linji sofor li għadhom kif żebgħu quddiem il-bieb tal-garaxx tiegħi. Għall-ewwel ħsibt li dawn għamluhom biex juru lill-pubbliku li l-garaxx tiegħi huwa riservat u allura ma jistgħux jipparkjaw quddiemu. Iżda mbagħad innotajt li hemm miżbugħ ukoll 'Parkeġġ riservat għall-vettura VVI 551'. Din il-vettura m'hijiex tiegħi.
Jekk jogħġbok ħu l-passi meħtieġa biex dawk il-linji sofor jiġu mħassra mill-aktar fis ħalli quddiem il-garaxx tiegħi nipparkja jien biss, kif inhu bi dritt.
Dejjem tiegħek,
(Firma)
Phyllisienne Mallia
Grazzi hafna ta l-ghajnuna
ReplyDeleteEmail kif?
ReplyDelete