Minn Chris Frendo - 3.1 - Sena Skolastika 2013/2014
Kulħadd, xi
darba jew oħra, ħassu kburi bih innifsu u b’dak li għamel, ngħidu aħna meta
tmur tajjeb f’xi eżami, meta tlesti xi proġett li tkun ilek taħdem fuqu żmien,
meta tiggradwa u ħafna okkażjonijiet oħra. Ngħid għalija, kieku nħossni
verament kburi b’dawn l-okkażjonijiet iżda l-aktar darba li ħassejtni kburi
kienet il-ġurnata meta tajjart ajruplan!
Kien rigal
t’għeluq snini mingħand missieri, u peress li kien semagħni ngħid li jien
nixtieq insir pilota, ġietu din l-idea. Jien u missieri wasalna l-Akkademja
Ewropea tal-Piloti għall-ħabta tas-siegħa u minn hemm, għalija, bdiet
l-avventura. L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li għaddejna minn ġo kamra, fejn
xi suldati raw li ma kellniex armi fuqna (wara kollox f’ajruport dħalna).
Imbagħad dħalna ġo bini ieħor, dan kien mimli magni u skrejjen t’ajruplani,
minn hemm stennejt fuq ix-xwiek biex nirkeb l-ajruplan.
Wara li
l-pilota, Hosé, spezzjona l-ajruplan u ra li kien kollox sew, irkibna u beda
jfehemni kif jaħdmu ċerti arloġġi u kif jintuża l-istering. Qalbi bdiet tħabbat
sitta sitta hekk kif inqtajna mill-art. Il-veduta kienet tassew affaxxinanti,
speċjalment xħin wasalna fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli u tirna viċin ħafna
tal-baħar. Dorna dawra mhux ħażin fuq Kemmuna, Ta’ Sliema u l-Belt. Ħassejtni
qed intir bil-ferħ xħin Hosé tani l-kontroll tal-ajruplan f’idejja hekk kif
konna ħdejn l-irdumijiet.
Malli
wasalna qrib l-inżul ilmaħt lil missieri jistenna u jieħu nifs twil ta’serħan
il-moħħ. Kburi u ferħan fl-istess ħin, irringrazzjajt lil Hosé ta’ din
l-avventura.
Prosit Chris, komponiment impekkabbli. Kompli sejjer hekk halli tasal fejn tixtieq qalbek fil-futur!
ReplyDeleteGrazzi.
Delete