Minn Nicolai Bugeja - 3.1 - Sena Skolastika 2013/2014
Minn
meta kont għadni tifel ċkejken kien jogħġobni t-teatru u dak kollu li jġib miegħu. Mhux l-ewwel darba li ommi tirrakkontali meta
jien kont insakkar il-bieb ta’ kamarti u noqgħod nippreżenta quddiem il-ġugarelli
li kelli.
Meta
kelli ħames snin ommi kienet applikatli biex nibda nattendi l-lezzjonijiet tad-drama
biex b’hekk inkabbar il-potenzjal qawwi li kelli. Niftakar
li l-għalliem li kelli kien qalli biex nibda nipprepara għall-kunċert li ftit
wara tellajna bħala grupp. F’dan il-kunċert
kien ser jintgħażel tifel biex jieħu wieħed mill-akbar premji f’Malta għat-tfal. Niftakar ukoll li jiena kelli l-parti prinċipali. Kont qed nirreċta l-parti ta’ pupazz. Kont ir-re tal-pupazzi u kelli t-titlu ta’ Pinto,
titlu li għadni magħruf għalih, fost it-tfal, sal-lum. Kont nistudja din ir-reċta għal ħin twil mhux
ħażin biex b’hekk inkun nista’ nirbaħ il-premju li dejjem xtaqt.
Kienu
attendew bosta familjari u ħbieb u kollha kienu fuq ix-xwiek biex jarawni nirreċta
għall-ewwel darba quddiem in-nies. Qalbi
bdiet tħabbat sitta sitta meta rajt lin-nies deħlin ġot-teatru u aktar u aktar
meta rajthom jieħdu r-ritratti tal-posters fejn kont qed nidher jiena. Ir-reċta bdiet u mal-ewwel vers, mill-poeżija
li kienet ser tiftaħ ir-reċta, in-nies bdew iċapċpu u dak il-ħin kont qiegħed
fis-seba’ sema. Wara r-reċta kulħadd
beda jeħodli b’idi u bdew jeħduli r-ritratti mat-tfal tagħhom. Il-mument li kont qed nistenna wasal!
Il-preżentatur
tela’ fuq il-palk u qal li issa kien imiss il-premju u waqt dawn il-kliem fetaħ
l-ittra li fiha kien hemm miktub l-isem tar-rebbieħ. Fid-daqqa u l-ħin smajt ismi u bdejt nibki
bil-ferħ. Tlajt fuq il-palk u għollejt
it-trofew. Tassew kont kburi dakinhar!
X' daqxejn memorji ta' sentejn ilu..... Grazzi Miss Mallia.
ReplyDelete