Ikteb it-tweġibiet fuq karta u ħudhom fil-klassi għad-diskussjoni!
- Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: kabbar, deher, kisser, farrak, ħabbel
- Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: offerta, twemmin, seħta, mistħija, telfa
- Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett (preżent) fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni singular: bierek, tkellem
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: nħema, għawweġ, tgħawweġ, tejjeġ, kines
- Agħti l-Għadd Imtenni ta’ dawn il-kliem: għajn, sena, xahar, kelma, difer
- Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: rebaħ, tilef, seħet, tefa’, għamel
- Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: kinsa, telfa, bini, ambjent, baħar
- Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni plural: iġġieled, iltaqa’
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: xekkel, stqarr, bela’, bjad, mtela
- Agħti l-Għadd Imtenni ta’ dawn il-kliem: wiżna, daqqa, ġimgħa, xkora, sieq
- Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: semmejtu, semmejtha, aħdmu, twieldu, ħassew
- Oħroġ il-Partiċipju Attiv minn dawn il-kliem: ħadem, niżel, ġera, mexa, ħareġ
- Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: offra, sewwed, ġennen, daħal, xejjaħ
- Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: xewqa, bidu, bikja, ġibda, għotja
- Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni singular: wiegħed, tgħallem
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: mexxa, serraħ, mexa, xamm, sab
- Oħroġ il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: ferħet, taru, ċekċikna, qtajt, bsartu
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: tbierek, swied, nkiser, ngħalaq, ntefa’
- Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: ikkura, ivvinta, faqqar, ħoloq, bierek
- Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: naqqas, ipprovda, ipparkja, sar, ressaq
- Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: jibgħat, irbaħ, kienet, insew, riedu
- Nissel Aġġettiv minn: rebaħ, siker, skanta, nibża’, iċċassa
- Oħroġ il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: nimxi, jitfi, waħwaħ, nixegħlu, ta
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: ntefa’, tellaq, wera, nxtegħel, ħema
- Poġġi fl-Istat Kostrutt: il-merżuq tad-dawl, il-qanneb tal-għasfuq, in-nanna tiegħi, is-surmast tal-iskola, il-lejla tal-festa
- Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: ferraħ, kanta, għallem, tar, dawwal
- Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: ħarsa, daħla, tixrid, serq, bini
- Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni plural: bekka, għaffeġ
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: nxtara, intrabat, rabat, xewa, ħxien
- Agħti l-Plural Sħiħ ta’ dawn il-kliem: mawra, tajba, żjara, ħarġa, merħba
- Agħti d-Diminuttiv ta’: xebba, xatt, sabiħ, tifel, xemx
- Oħroġ il-Partiċipju Attiv minn dawn il-kliem: waqaf, resaq, tela’, għallem
- Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: waqqgħetu, tellfu, iltaqa’, jingħata, nistennewha
- Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: radd, mar, xettel, strieħ, xewwex
- Poġġi fl-Istat Kostrutt: il-ħalq tal-iljun, it-twemmin tal-Buddisti, il-ġenn tal-bniedem, l-ulied tal-Maltin, il-moħba tas—sinjur
- Nissel Aġġettiv minn: bomba, kruha, Malta, Mediterran, selezzjoni
- Oħroġ Verb minn dawn: twelid, trobbija, ikla, tluq, sejba
- Nissel Nom Mimmat minn: bagħad, qass, qabad, siġra, fetaħ
- Sib il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: qamet, tmiegħku, tbellahna, kattartu, qlajtu
- Nissel Verbi tat-Tieni Forma minn dawn: kotor, salib, daħak, qaleb, krieh
- Nissel Verbi tat-Tielet Forma minn dawn: fehem, qagħad, qarr, regħex, barka
- Nissel Verbi tal-Ħames Forma minn dawn: għallem, niffed, ħabbeb, żewweġ, mewwet
- Nissel Verbi tas-Sitt Forma minn dawn: bierek, miegħek, ħares, biegħed, qiegħed
- Nissel Verbi tas-Seba’ Forma minn dawn: radam, bagħat, rabat, sab, xorob
- Nissel Verbi tat-Tmien Forma minn dawn: rema, nasab, niseġ, sabar, mela
- Nissel Verbi tad-Disa’ Forma minn dawn: xiħ, twil, qalil, ikħal, qasir
- Nissel Verbi tal-Għaxar Forma minn dawn: qarr, għaġeb, kenn, kerrah, nebaħ
- Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: wiżen, sawwat, stħarreġ, għallem, ħaddem
- Agħti l-Plural ta’ dawn il-kelmiet: vina, lupu, vuċi, prattiku, dar
- Nissel Nomi minn dawn: jiddominaw, xtaqna, meħtieġ, lablabna, sempliċi
- Agħti żewġ eżempji ta’: verb sħiħ, farrad waħdieni, plural sħiħ, pronom personali, plural miksur
- Agħti l-Komparattiv ta’: aħrax, ħelu, tajjeb, żgħir, ħażin
- Agħti s-Superlattiv ta’: irqiq, nadif, ħafif, tqil, dejjaq
- Nissel Aġġettiv minn dawn: xemx, ġewwa, qilla, bluha, ħxuna
- Agħti l-Plural Miksur ta’ dawn: tapit, furketta, ċens, tieqa, mejda
- Agħti l-Partiċipju Attiv ta’: jirbaħ, għallem, ħeles, waqaf, bena
- Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn: ittiekel, neħħa, ħabb, sab, sploda
- Agħti l-Imperattiv ta’: ħataf, għalef, fehem, lagħaq, deher
- Agħti żewġ eżempji ta’: verb dgħajjef, nom astratt, għadd imtenni, nom mimmat, verb trux
- Uri d-differenza bejn: tela’/telgħa, ħassa/ħassha, tana/tagħna, dar/dahar
Hemm xi 'answer sheet' li nista' niċċekkja magħha jj?
ReplyDeleteLe. Ibghatli t-twegibiet email fil-kaz.
DeleteLe. Ibghatli t-twegibiet email fil-kaz.
Delete