09/06/2017

ĠDIDA: Stejjer Għal Qabel Jidlam

It-Tielet Sena

Stejjer Għal Qabel Jidlam


F'ħafna minn dawn in-novelli stajna naraw problemi differenti li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom il-karattri. Ikteb fuq xi wħud minn dawn il-problemi billi tagħmel referenza għal żewġ novelli.

Xi problemi li jispikkaw fin-novelli huma s-solitudni u n-nuqqas ta' qbil fil-familja. "L-Ewwel Telefonata" u "Ir-Raġel tal-Klieb" huma żewġ novelli li juru dawn il-problemi.
 
Kostanzu u Filomena huma koppja miżżewġa li ma jaqblu f'xejn. Filwaqt li hi tixtieq tagħmel progress f'ħajjitha, hu komdu jibqa' kif inhu, jgħix fl-antikità. Narawhom ibatu wkoll is-solitudni għax familja u ħbieb m'għandhomx u l-ewwel telefonata jagħmluha lil sid it-telefon biex ineħħuh.
 
F' "Ir-Raġel tal-Klieb" naraw ukoll nuqqas ta' qbil bejn ir-raġel u martu minħabba li hu ried ħafna klieb u hi ma riditx. Ninnotaw li l-klieb, għalih, kienu aktar importanti minnha u wara mewtha spiċċa maqful f'daru stess, waħdu mal-klieb.

No comments:

Post a Comment