02/05/2014

Kun preparat għall-ewwel karta taċ-ĊES!

Ikteb it-tweġibiet fuq karta u ħudhom fil-klassi għad-diskussjoni!
  1. Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: kabbar, deher, kisser, farrak, ħabbel
  2. Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: offerta, twemmin, seħta, mistħija, telfa
  3. Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett (preżent) fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni singular: bierek, tkellem
  4. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: nħema, għawweġ, tgħawweġ, tejjeġ, kines
  5. Agħti l-Għadd Imtenni ta’ dawn il-kliem: għajn, sena, xahar, kelma, difer
  6. Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: rebaħ, tilef, seħet, tefa’, għamel
  7. Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: kinsa, telfa, bini, ambjent, baħar
  8. Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni plural: iġġieled, iltaqa’
  9. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: xekkel, stqarr, bela’, bjad, mtela
  10. Agħti l-Għadd Imtenni ta’ dawn il-kliem: wiżna, daqqa, ġimgħa, xkora, sieq
  11. Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: semmejtu, semmejtha, aħdmu, twieldu, ħassew
  12. Oħroġ il-Partiċipju Attiv minn dawn il-kliem: ħadem, niżel, ġera, mexa, ħareġ
  13. Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: offra, sewwed, ġennen, daħal, xejjaħ
  14. Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja: xewqa, bidu, bikja, ġibda, għotja
  15. Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni singular: wiegħed, tgħallem
  16. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: mexxa, serraħ, mexa, xamm, sab
  17. Oħroġ il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: ferħet, taru, ċekċikna, qtajt, bsartu
  18. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: tbierek, swied, nkiser, ngħalaq, ntefa’
  19. Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: ikkura, ivvinta, faqqar, ħoloq, bierek
  20. Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: naqqas, ipprovda, ipparkja, sar, ressaq
  21. Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: jibgħat, irbaħ, kienet, insew, riedu
  22. Nissel Aġġettiv minn: rebaħ, siker, skanta, nibża’, iċċassa
  23. Oħroġ il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: nimxi, jitfi, waħwaħ, nixegħlu, ta
  24. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: ntefa’, tellaq, wera, nxtegħel, ħema
  25. Poġġi fl-Istat Kostrutt: il-merżuq tad-dawl, il-qanneb tal-għasfuq, in-nanna tiegħi, is-surmast tal-iskola, il-lejla tal-festa
  26. Oħroġ Nom minn kull kelma li ġejja: ferraħ, kanta, għallem, tar, dawwal
  27. Oħroġ Verb minn kull kelma li ġejja:  ħarsa, daħla, tixrid, serq, bini
  28. Ikkonjuga fil-Perfett (passat) u fl-Imperfett fl-ewwel, it-tieni u t-tielet persuni plural:  bekka, għaffeġ
  29. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: nxtara, intrabat, rabat, xewa, ħxien
  30. Agħti l-Plural Sħiħ ta’ dawn il-kliem: mawra, tajba, żjara, ħarġa, merħba
  31. Agħti d-Diminuttiv ta’: xebba, xatt, sabiħ, tifel, xemx
  32. Oħroġ il-Partiċipju Attiv minn dawn il-kliem: waqaf, resaq, tela’, għallem
  33. Agħti n-Negattiv ta’ dawn il-kliem: waqqgħetu, tellfu, iltaqa’, jingħata, nistennewha
  34. Ikteb ta’ liema Forma huma dawn il-verbi li ġejjin: radd, mar, xettel, strieħ, xewwex
  35. Poġġi fl-Istat Kostrutt: il-ħalq tal-iljun, it-twemmin tal-Buddisti, il-ġenn tal-bniedem, l-ulied tal-Maltin, il-moħba tas—sinjur
  36. Nissel Aġġettiv minn: bomba, kruha, Malta, Mediterran, selezzjoni
  37. Oħroġ Verb minn dawn: twelid, trobbija, ikla, tluq, sejba
  38. Nissel Nom Mimmat minn: bagħad, qass, qabad, siġra, fetaħ
  39. Sib il-Mamma u l-Għerq ta’ dawn il-verbi: qamet, tmiegħku, tbellahna, kattartu, qlajtu
  40. Nissel Verbi tat-Tieni Forma minn dawn: kotor, salib, daħak, qaleb, krieh
  41. Nissel Verbi tat-Tielet Forma minn dawn: fehem, qagħad, qarr, regħex, barka
  42. Nissel Verbi tal-Ħames Forma minn dawn: għallem, niffed, ħabbeb, żewweġ, mewwet
  43. Nissel Verbi tas-Sitt Forma minn dawn: bierek, miegħek, ħares, biegħed, qiegħed
  44. Nissel Verbi tas-Seba’ Forma minn dawn: radam, bagħat, rabat, sab, xorob
  45. Nissel Verbi tat-Tmien Forma minn dawn: rema, nasab, niseġ, sabar, mela
  46. Nissel Verbi tad-Disa’ Forma minn dawn: xiħ, twil, qalil, ikħal, qasir
  47. Nissel Verbi tal-Għaxar Forma minn dawn: qarr, għaġeb, kenn, kerrah, nebaħ
  48. Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn il-kliem: wiżen, sawwat, stħarreġ, għallem, ħaddem
  49. Agħti l-Plural ta’ dawn il-kelmiet: vina, lupu, vuċi, prattiku, dar
  50. Nissel Nomi minn dawn: jiddominaw, xtaqna, meħtieġ, lablabna, sempliċi
  51. Agħti żewġ eżempji ta’: verb sħiħ, farrad waħdieni, plural sħiħ, pronom personali, plural miksur
  52. Agħti l-Komparattiv ta’: aħrax, ħelu, tajjeb, żgħir, ħażin
  53. Agħti s-Superlattiv ta’: irqiq, nadif, ħafif, tqil, dejjaq
  54. Nissel Aġġettiv minn dawn: xemx, ġewwa, qilla, bluha, ħxuna
  55. Agħti l-Plural Miksur ta’ dawn: tapit, furketta, ċens, tieqa, mejda
  56. Agħti l-Partiċipju Attiv ta’: jirbaħ, għallem, ħeles, waqaf, bena
  57. Oħroġ il-Partiċipju Passiv minn dawn: ittiekel, neħħa, ħabb, sab, sploda
  58. Agħti l-Imperattiv ta’: ħataf, għalef, fehem, lagħaq, deher
  59. Agħti żewġ eżempji ta’: verb dgħajjef, nom astratt, għadd imtenni, nom mimmat, verb trux
  60. Uri d-differenza bejn: tela’/telgħa, ħassa/ħassha, tana/tagħna, dar/dahar