07/02/2014

Noti Grammatikali

IL-VOKALI

1. Il-vokali huma: a, e, i, o ,u, ie.  Dawn huma importanti għax jagħtu l-leħen lill-kelma.


2. F’kull sillaba jkollna dejjem vokali waħda.  Ngħidu aħna, qasrija = qas-ri-ja.

 Il-J u l-W – Il-Konsonanti Dghajfin

1. Meta kelma tispiċċa b’vokali u kelma oħra warajha tibda bil-vokali i jew u, dawn jinkitbu j jew w.  Dawn il-konsonanti jissejħu konsonanti dgħajfin.  Ngħidu aħna, għandha jdejha...
2. Eċċezzjonijiet meta l-i u u ma jinbidlux: Meta l-vokali ma tkun tal-leħen, p.eż. ħafna Ingliżi; ħafna uffiċjali.  Dan il-każ japplika għal kull kelma li ġejja min-nisel Taljan.  Eżempji oħra huma: interessanti, importanti, użanzi, umbrella...

3. L-ittri j u w jinkitbu doppji biss meta qabilhom u warajhom ikun hemm vokali.  Jiġifieri, ħajja iżda ħajti u mhux ħajjti; dawwar iżda dawru mhux dawwru.

 L-GH U L-H

L-
1. L- fil-bidu tal-kelma ma tinstemax, iżda nħossu li hemm ittra twila.  P.eż. għar, għajn.

2. L- tinstema’ ħ meta jkollha l-h warajha ġo kelma, il-bqija ma tinstemax.  P.eż., qatagħha, waqqagħhom, iżda xogħol, nagħġa

3. L- f’tarf il-kelma tinstema’ ħ meta tinkiteb, iżda ma tinstemax jekk flokha niktbu ’.  P.eż. qlugħ, uġigħ, iżda biża’, qata’.

4. Kif se niktbu l- dejjem f’postha?  Hemm dawk li jissejħu mudelli u permezz tagħhom nagħrfu fejn għandha titpoġġa l-.

a. Fil-każ tal-verbi, kliem li jibda bl- irid isegwi l-mudell resaq.      
oġob – resaq
joġbu – jersqu

b. Verbi bl- fin-nofs inqabbluhom mal-mudell seraq:
laab – seraq
nilabu – nisirqu

ċ. Verbi bl- fit-tarf inqabbluhom mal-mudell kiser:
laqa – kiser
laqahom – kisirhom

d. Fil-każ tan-nomi, kliem li għandu l- fin-nofs irid isegwi l-mudell laqam:
xool – laqam
xoli – laqmi

L-h
5. L-h fil-bidu ma tinħassx jew inkella kemm kemm.  Per eżempju, hemm, hemża, hieni.
6. L-h ġewwa l-kelma tinħass ħ jekk ikollha ħdejha, inkella ma tinħassx.  Ngħidu aħna, magħha, tagħhom iżda xahar, xbieha

7. Kif se niktbu l-h dejjem f’postha?  Anke f’dan il-każ hemm il-mudelli biex insegwu.

a. Fil-każ tal-verbi, kliem li għandu l-h fin-nofs għandu jsegwi l-mudell seraq.
deher – seraq
dhert – sraqt
dehru – serqu

b. Fil-każ tan-nomi, kliem bl-h fin-nofs irid isegwi l-mudell laqam.
deheb - laqam
dehbi – laqmi

8. Meta l-h tkun fl-aħħar tal-kelma, din dejjem tinstema’ ħ, i.e. iblah, ikrah.  Biex tkun taf hijiex ħ jew h, nissel minnha kliem ieħor.  Per eżempju, iblah – bluha, ikrah – kruha, iżda sabiħ – sabiħa, xiħ – xjuħija.

IN-NOM

In-nom huma l-isem ta’ xi ħadd jew ta’ xi ħaġa, per eżempju, raġel, għasfur, ħuta, ktieb.

Kif jinqasam in-nom?
In-nom jinqasam f’disa’ gruppi:

1.   Komuni: nom ordinarju li m’huwiex isem.
Eż: bniedem, qattus.
2.   Proprju: nom li jinkludi ismijiet ta’ nies, pajjiżi, bliet, kotba, eċċ.
Eż: Toni, Mercedes.

3.   Konkret: nom li jaqa’ taħt is-sensi tagħna, jiġifieri li nistgħu narawh u nħossuh.
Ngħidu aħna, ġebel, mejda.
4.   Astratt: nom li ma jaqax taħt is-sensi tagħna, jiġifieri la narawh u lanqas inħossuh.
Eż: irġulija, mħabba.

5.   Animat: nom li juri xi ħaġa ħajja.
Eż: qattus, tifla.
6.   Inanimat: nom li juri xi ħaġa mhux ħajja.
Eż: siġġu, tieqa.

7.   Verbali: nom li ġej minn verb.
Per eżempju: żifen żifna; niżel niżla.
8.   Denominattiv: nom li ġej minn nom ieħor.
Per eżempju: xjuħija minn xiħ; tfulija minn tifel.
9.   Kwalifikattiv: nom li ġej minn aġġettiv.
Per eżempju: kruha minn ikrah; ħxuna minn oħxon.

In-nom jista’ jkun ta’ għadd (singular/plural/għadd imtenni) jew ta’ ġens (maskil/femminil)

 Is-Singular jinqasam fil-Farrad Waħdieni u fil-Kollettiv.

Il-Farrad Waħdieni juri xi ħaġa waħda.
Eż: karozza, ħobża.

Il-Kollettiv juri l-oġġetti bħala għadd wieħed.
Eż: ħobż frisk, larinġ magħsur.

Il-Plural juri żewġ affarijiet jew aktar.
Eż: karozzi, tuffiħat.

Il-Plural jista’ jkun Sħiħ jew Miksur.

Il-Plural Sħiħ jissejjaħ Sħiħ għax il-kelma fis-singular tibqa’ sħiħa fil-Plural.
Eż: baħri – baħrin, omm - ommijiet.

Il-Plural Miksur jissejjaħ hekk għax isir tibdil fil-qagħda tal-ittri tas-Singular.
Eż: farfett – friefet, tieqa - twieqi.

Xi drabi, l-istess nom jista’ jkollu l-Plural Sħiħ u l-Plural Miksur.
Eż: naħa – naħat – nħawi

Xi ftit nomi għandhom il-Plural Irregolari.  Dan jiġri meta nom fis-singular jinbidel fil-plural.
Eż: mara – nisa, tifel - subien, tifla - bniet.

L-Għadd Imtenni jeħduh nomi li jfissru żewġ jew par ta’ għamla waħda (tal-istess oġġett).  Huwa jsir bl-għajnuna tas-suffissi ejn jew ajn man-nom fis-singular.  P.eż. id + ejn = idejn; saba’ + ajn = subgħajn.
Eż: jum – jumejn, sieq - saqajn, biċċa - biċċtejn.

Eżempji ta’ nomi maskili nsibu: tifel, siġġu, sajf, biża'.

Eżempji ta’ nomi femminili nsibu: tifla, mejda, xitwa, kesħa.


L-AĠĠETTIV

 Il-gradi tal-aggettiv

1. Il-Grad Pożittiv meta ma jsir ebda paragun jew tqabbil.  P.eż. Malta sabiħa.
2. Il-Grad Komparattiv meta jsir paragun bejn żewġ nomi.  P.eż. Pariġi isbaħ minn Malta.
3. Il-Grad Superlattiv meta jsir paragun bejn iżjed minn żewġ nomi.  P.eż. Il-Bibbja hu l-isbaħ ktieb tad-dinja.

4. Is-Superlattiv Assolut nagħmluh billi nżidu ħafna, wisq, tassew, tabilħaqq, għall-aħħar, mal-aġġettiv.  P.eż. Philip huwa wisq għaref, Luke tabilħaqq bravu, Joseph tassew twil…


L-ISTAT KOSTRUTT

1. L-Istat Kostrutt isir billi tneħħi l-artiklu tal-ewwel nom u l-partiċella ta’P.eż. Il-bieb tal-għorfa à Bieb il-għorfa

2. Fl-Istat Kostrutt jista’ jkollna aktar minn żewġ nomi.  P.eż. Missier u omm il-mara tiegħu mhumiex minn Ħal Għargħur à Missier u omm martu mhumiex minn Ħal Għargħur.  F’dan il-każ, in-nom tal-aħħar biss jieħu l-artiklu jew il-pronom mehmuż.

IL-VERB

Il-verbi fil-Malti jistgħu jkunu ta’ nisel Semitiku, ta’ nisel Romanz u ta’ nisel Ingliż.  Il-verbi ta’ nisel Semitiku jistgħu jkunu Trilitteri (3 konsonanti – kiser) jew kwadrilitteri (4 konsonanti – farfar).

Il-verbi Trilitteri jistgħu jkunu sħaħ, torox jew dgħajfin:

Il-verbi sħaħ huma dawk il-verbi li dejjem jidhru bi tliet konsonanti. Ngħidu aħna, kiser, seraq, resaq, ażel, laab, sama.  Għaldaqstant, ngħidu li l-mudell tal-verb sħiħ huwa: k-v-k-v-k[1].

Il-verbi torox huma wkoll sħaħ għax għandhom ukoll tliet konsonanti, iżda l-mudell huwa: k-v-k-k, jiġifieri għandu sillaba waħda u jispiċċa b’konsonanti doppja.  Ngħidu aħna, ħabb, add.

Il-verbi dgħajfin huma dawk il-verbi li għandhom j jew w.  Ngħidu aħna, weħel, qam, nesa.  U intom tgħidu, weħel fih il-konsonanti w imma qam u nesa ma fihomx.  Għalhekk, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li noħorġu nom mill-verbi dgħajfin, per eżempju qam qawma, nesa nisja biex b’hekk niskopru l-konsonanti j jew w.  Tinsiex li l-verbi trilitteri dejjem irid ikollhom tliet konsonanti!!

Il-verbi dgħajfin jinqasmu fi tliet gruppi differenti: XEBBIEĦI, MOĦFI, NIEQES


IL-FOROM TAL-VERBI

Il-verbi Trilitteri jinqasmu f’għaxar forom.  L-ewwel forma hija ewlenija u d-disgħa l-oħra huma mnisslin, jiġifieri noħorġuhom mill-ewwel forma.

L-ewwel forma

L-ewwel forma tal-verb hija l-Mamma u din noħorġuha billi nistaqsu “huwa x’għamel?”  F’din il-forma nsibu kemm verbi Trilitteri kif ukoll Kwadrilitteri.  Eżempju: żebagħ, ħanxar, lagħab, nesa

It-tieni forma

It-tieni forma tal-verb issir billi tirdoppja l-konsonanti tan-nofs tal-verb fl-ewwel forma.  Per eżempju, kiser à kisser, waqaf à waqqaf

It-tieni forma ma toħroġx biss mill-verbi iżda anke min-nomi u mill-aġġettivi.  Per eżempju, baħar à baħħar, aħmar à ħammar…

It-tielet forma

It-tielet forma tal-verb issir billi ttawwal l-ewwel vokali tal-verb fl-ewwel forma f’ie jew a (ā) twila.  Per eżempju, qagħad à qiegħed, qerr à qārar

It-tielet forma ma toħroġx biss mill-verbi iżda anke min-nomi.  Per eżempju, ragħad à riegħed, ħars à ħāres.

Il-verbi tat-tielet forma huma verbi transittivi, jiġifieri l-azzjoni tgħaddi mis-suġġett għall-oġġett.

Ir-raba’ forma

Din il-forma hija rara ħafna fil-Malti u fil-fatt, ħafna jsostnu li, l-uniku verb li jaqa’ taħt din il-forma huwa wera.

Il-ħames forma

Il-ħames forma tal-verb issir billi żżid t quddiem il-verbi fit-tieni forma.  Verbi li jibdew bil-konsonanti ċ, d, ġ, s, x, ż u z jassimilaw mal-prefiss tal-ħames forma u minflok t nirdoppjaw l-ewwel konsonanti.  Per eżempju, kisser à tkisser, qatta’ à tqatta’, sebbaħ à ssebbaħ, ġedded à ġġedded

Is-sitt forma

Is-sitt forma tal-verb issir billi żżid t quddiem il-verbi fit-tielet forma.  Verbi li jibdew bil-konsonanti ċ, d, ġ, s, x, ż u z jassimilaw u allura,  minflok t nirdoppjaw l-ewwel konsonanti.  Per eżempju, riegħed à triegħed, qiegħed à tqiegħed…

Is-seba’ forma

Is-seba’ forma tal-verb issir mill-ewwel forma bi tliet modi:
  1. N quddiem l-ewwel konsonanti, eż. qatel à nqatel, kiser à nkiser…
  2. NT quddiem l-ewwel konsonanti, eż. bagħat à ntbagħat, wiżen à ntiżen…
  3. N quddiem l-ewwel konsonanti u T warajha, eż. sab à nstab, sadd à nstadd…

It-tmien forma

It-tmien forma tal-verb issir mill-ewwel forma billi żżid l-ittra T wara l-ewwel konsonanti tal-verb trilitteru.  Per eżempju, mela à mtela, laqa’ à ltaqa’…

Id-disa’ forma

Il-verbi tad-disa’ forma jitnisslu minn verbi tal-ewwel forma li llum intilfu.  (Għaldaqstant innissluhom mill-aġġettivi.)  Dawn huma verbi monosillabi vokali waħda u jkollhom ā jew ie bħala vokali.  Dawn il- verbi, li mhumiex aktar minn 40, juru:
  1. aspett fiżiku, eż. ċkejken à ċkien, qasir à qsar…
  2. kulur, eż. iswed à swied, abjad à bjad…
  3. kwalità, eż. sabiħ à sbieħ, artab à rtab

L-għaxar forma

L-għaxar forma tal-verb issir billi żżid st quddiem verbi tal-ewwel forma, iżda l-ewwel forma ta’ dawn il-verbi, tlifna ħafna minnhom.  Allura, kull meta tistaqsi “huwa x’għamel?” u l-verb ikollu st quddiem, għid li huwa tal-għaxar forma.  Per eżempju; staħba, stenbaħ, stagħġeb

IZ-ZOKK MORFEMIKU

Fil-waqt li verbi Semitiċi jaħdmu bis-sistema trilittera u noħorġu l-għerq tagħhom, eż. ħareġ à ħ-r-ġ, il-verbi ta’ nisel Romanz u Ingliż m’għandhomx għerq.  Dawn jaħdmu biz-zokk morfemiku u l-prefissi/suffissi.  Biex tagħraf liema huwa z-zokk morfermiku l-ewwel li trid tagħmel hu li toħroġ lista’ ta’ kliem mill-kelma li jkollok (kemm verbi kif ukoll nomi), u wara tara liema hija dik il-parti ripetuta f’dawn il-kelmiet.  Din il-parti ripetuta hija z-zokk morfemiku!

EŻ park, kowċ, skor, eduk, xutt